Mill-anqas 23 persuna nqatlu u 14 oħra ndarbu meta rġiel armati attakkaw l-Ajruport Internazzjonali ta’ Karachi, li hu l-akbar ajruport fil-Pakistan. Il-fergħa Pakistana tat-Taliban ħadet responsabbiltà ta’ dan l-attakk.
Il-maġġoranza tal-vittmi kienu ħaddiema tas-sigurtà fl-Ajruport, iżda kien hemm ukoll impjegati tal-linji tal-ajru li nqatlu f’dan l-attakk. L-irġiel kienu armati b’armi awtomatiċi u bombi tal-idejn. Uħud minnhom instabu lebsin splussivi u kellhom xi provvisti magħhom, li seta’ jindika li l-għan tagħhom kienu li jieħdu l-kontroll tat-terminal u jżommu ostaġġi.
It-titjiriet kollha kellhom ibiddlu r-rotta u jinzlu f’ajruporti oħrajn. Għall-ewwel, l-Armata qalet li ħadet lura l-kontroll tal-Ajruport u l-għaxar terroristi nqatlu, iżda aktar tard feġġew rapporti oħrajn ta’ sparar.
//= $special ?>

