Qorti

Raġel jirrakkonta kif is-sieħba tiegħu għaddiet minn fuqu bil-karozza

Mara ta’ 35 sena minn Baħar iċ-Ċagħaq kisret sieq is-sieħeb tagħha meta għaddiet minn fuqu bil-karozza. Dan kien it-tieni attentat fi żmien xahar.

Il-mara tinsab mixlija bl-attentat ta’ qtil tal-maħbub tagħha fil-lejl tal-21 ta’ Mejju li għadda f’Baħar iċ-Ċagħaq. Peress li kemm l-akkużat u l-vittma għandhom it-tfal, il-Qorti ordnat biex ma jixxandrux l-ismijiet.

Ir-raġel daħal fl-awla tal-Qorti preseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit bil-krozzi, fejn hu xehed minn fuq siġġu.

Fuq mistoqsija tal-Avukat Michael Sciriha, li qed jidher bħala parti ċivili fil-każ, dwar l-inċidenti li seħħew qabel bejn il-koppja, l-vitma qal, “Xahar qabel dan l-inċident hija kienet qed isuq karozzi tal-kiri meta ppruvat tgħaddi minn fuqi. Fortunatament ma ġrali xejn u din id-darba ma mortx nagħmel rapport lill-Pulizija.”

L-vitma spjega li l-akkużata marret għalih id-dar u baqu sejrin f’ħanut tax-xorb il-Qawra flimkien. Waqt li kienu qegħdin jixorbu fil-ħanut daħal raġel ieħor u hu akkuża lit-tfajla tiegħu li kienet moħħha fih. Biex jevitaw l-inkwiet, il-vitma ddeċida li jitilqu mill-post.

Il-vitma spjega dwar kif kienet il-mawra tagħhom lura għal Baħar iċ-Ċagħaq, fejn toqgħod hi. Huma komplew jargumentaw dwar li kien għadu kif seħħ iżda r-raġel sostna li fl-ebda ġin ma refa’ idu fuq il-mara. Il-vitma spjega ukoll li kif joħodha d-dar, kien se jaqbad taxi jew jimxiha sad-dar tiegħu

Huwa kompla jgħid li hekk kif wasal Baħar iċ-Ċagħaq u beda miexi ‘l fuq lejn ‘Splash & Fun’ ħares lura, u ra lill-mara issuq b’ċerta veloċita’ lejh.

Hekk kif il-vitma qasam it-triq, il-mara reġgħet saqet fid-direzzjoni tiegħu, telgħet fuq il-bankina u saqet għal fuqu.

“Kif waqajt mal-art, hija rriversjat u ħarbet minn fuq il-post”

Il-vittma qal li hu ċempel lil ħuh u talbu biex jieħdu l-isptar. Madankollu mumenti wara hija rritornat lura. Qal li kien imbeżża’ ħafna li kienet se terġa’ ttajjru, u għalhekk iddeċieda li jheddida b’ġebla, li qatt ma xeħet kif ukoll talabha bil-ħniena biex tieħdu l-isptar. “Kont imbeżża ħafna, l-mod kif bdiet issuq.”

Wara ftit il-mara resqet f’ġemb u niżlet tara l-ħsarat, filwaqt lir-raġel reġa’ talabha biex tieħdu l-isptar. Hija aċċetta u meta waslu Mater Dei, talbitu bil-ħniena biex ma jċempillx lill-Pulizija.

Ir-raġel sofra ksur f’subgħajh ta’ saqajh.

Ir-raġel kull ma ried li saqajh tingħata l-kura meħtieġa, iżda t-tobba nfurmaw lill-Pulizija dwar l-inċident.

L-Avukat tal-mara, Gianella de Marco qalet li l-klijenta tagħha laqtet lill-vittma meta tilfet il-kontroll tal-karozza wara li r-raġel beda jitfagħla l-ġebel. L-Avukat de Marco, staqsiet ukoll jekk l-investigaturi rawh il-filmati tas-CCTV li hemm fl-inħawi.

L-espert tekniku mqabbad mill-Qorti Joe Zammit, qal li huwa annaliżża l-ħsarat li kien hemm fuq il-karozza. Il-karozza kienet eżaminata f’”St. Andrew’s Police Compound”.

Intant il-Qorti ħatret lil Dr Marisa Cassar, esperta tad-DNA, biex din tanaliżża d-demm li kien hemm fuq rota partikolari Il-Qorti ħatret ukoll espert ieħor biex jannaliżża il-filmati tas- CCTV li semmiet il-mara.