Lokali Mużika

Filmat: Bandiera Maltija tisraq ix-xena f’kunċert ta’ Miley Cyrus

 
Bandiera Maltija u pakkett Twistees serqu parti mix-xena f’kunċert tal-kantanta popolari Miley Cyrus fi Zurich. Kienu żewġ aħwa tfajliet, Roxanne u Kirsty Bartolo, li s-Sibt li għadda attendew il-kunċert ta’ Cyrus.

Waqt li kienet qed tkanta, iż-żewġ aħwa Maltin newwlu l-bandiera u l-pakkett tal-ħelu lill-kantanta, li min-naħa tagħha ppassiġġat madwar il-palk ixxejjer lill-udjenza quddiemha bil-bandiera Maltija u anke bil-pakkett tat-Twistees.

Din mhix l-ewwel darba li Maltin serqu x-xena ta’ kunċerti kbar, meta fost l-oħrajn ftit tax-xhur ilu żgħażagħ Maltin spiċċaw fuq il-palk mal-grupp mużikali 30 Seconds to Mars.

(Filmat: Roxanne Bartolo / Facebook.com)