Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Inspire Nathan Farrugia, li fi tmiem din il-ġimgħa se jkun qed jidħol għal sfida unika: l-Ultra Med Challenge. Il-laqgħa saret fil-Berġa ta’ Kastilja fil-Belt.
Nathan Farrugia spjega lill-Prim Ministru l-isfida li se jagħmel u fisser kif, bl-għajnuna ta’ diversi ħbieb, se jkun qed iwettaq dan l-attentat f’temp ta’ tlett ijiem b’waqfiet biss ta’ 45 minuta bejn dixxiplina sportiva u oħra. L-avventura tikkonsisti f’ġirja ta’ 210km tul il-gżira ta’ Korsika, segwita minn għawma ta’ 15km tul il-Bonifacio Straits sa Sardinja u qadfa fuq ir-rota fuq rotta ta’ 450km tul il-kosta fil-lvant ta’ Sardinja san-nofsinhar tal-gżira.
Min-naħa tiegħu, Muscat awgura suċċess lil Nathan Farrugia u lit-tim tiegħu, qallu li se jkun qed jappoġġjah, filwaqt li faħħar din l-inizjattiva b’risq il-Fondazzjoni Inspire, li taħdem għall-ġid ta’ persuni b’diżabbiltà.
//= $special ?>
