Internazzjonali Unjoni Ewropea

Mexxejja Ewropej f’mini-summit dwar ir-riformi li hemm bżonn fl-UE

Il-Mexxejja tal-Iżvezja, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Olanda qed jiltaqgħu f’mini-summit fi Stokkolma, bil-għan li jintlaħaq kunsens dwar ir-riformi li hemm bżonn jiġu mplimentati fl-Unjoni Ewropea. L-akbar kontroversja hi dwar il-ħatra tal-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, xi ħaġa li mistennija tiġi diskussa wkoll waqt din il-laqgħa.

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron mistenni jagħmel attentat ieħor biex jikkonvinċi lil Merkel u lill-Mexxejja l-oħra ħalli ma jappoġġjawx in-nomina ta’ Jean Claude Juncker għal din il-kariga. Jappoġġjaw lil Cameron, hemm ukoll l-Iżvezja u l-Olanda.