Internazzjonali

Pakistan: Ikomplu l-battibekki b’attakki mdemmija

Wara l-attakk mill-ajru li sar mill-Forzi Armati tal-Pakistan fuq żona ta’ xi tribuijiet fejn hemm militanti li wettqu l-attakk tal-bieraħ fuq l-akbar ajruport fil-Pakistan, it-Taliban irrisponda b’attakk ieħor, din id-darba fuq il-kamp ta’ taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tal-ajruport.

F’dan l-attakk inqatlu 28 persuna filwaqt li 14 oħra ndarbu meta rġiel armati attakkaw l-Ajruport Internazzjonali ta’ Karachi. Il-fergħa Pakistana tat-Taliban ħadet responsabbiltà ta’ dan l-attakk.

L-irġiel kienu armati b’armi awtomatiċi u bombi tal-idejn. Uħud minnhom instabu lebsin splussivi u kellhom xi provvisti magħhom li seta’ jindika li l-għan tagħhom kien li jieħdu l-kontroll tat-terminal u jżommu l-ostaġġi.