L-eks Speaker tal-Parlament Iżraeljan Reuven Rivlin, membru veteran tal-partit tal-Likud immexxi mill-Prim Ministru Benjamin Netanyahu, se jkun il-President il-ġdid tal-Iżrael. Hu kien elett wara vot fil-Parlament Iżraeljan, magħruf bħala Knesset, biex jinħatar is-suċċessur ta’ Shimon Peres u l-10 President Iżraelja.
Peres, li għandu 90 sena, se jirtira fl-aħħar ta’ Lulju. B’kollox kien hemm sitt kandidati, li wieħed minnhom irtira mit-tellieqa qabel il-votazzjoni. Madankollu, ħadd minnhom, lanqas dak magħżul, ma jqarreb lejn l-istatura jew il-popolarità li kellu Peres.
//= $special ?>

