Persuni jew kumpaniji li għandhom assi mhux dikjarati barra minn Malta jew f’Malta issa jistgħu jirregolaw irwieħhom mal-liġi u jiddikjaraw dawn l-assi.
Dan grazzi għal skema introdotta mill-Gvern Malti li se titħabbar dalwaqt u li se tkun miftuħa għal tliet xhur.
Dettalji dwar din l-iskema ingħataw f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru tal-Finanzi Edwrad Scicluna li fiha ħabbar li dawk li jirreġistraw assi barranin mhux dikjarati se jħallsu 7.5% waqt li dawk li jirreġistraw assi Maltin mhux dikjarati se jħallsu 5%.
Il-Ministru Scicluna qal li din l-iskema qed issir fl-isfond tal-mod kif l-ambjent fiskali internazzjonali qed jinbidel.
Kulhadd huwa konxju minn din il-bidla, kemm il-Gvernijiet kif ukoll dawk li għandhom invetsimenti mhux dikjarati internazzjonalment jew lokalment, qal Scicluna, waqt li spjega li f’dawn iż-żminijiet u f’dan l-ambjent mibdul qed issir iktar pressjoni biex l-assi jkunu ddikjarati.
Din se tkun skema volontarja, sostna l-Ministru tal-Finanzi, għalkemm appella lil dawk li ghandhom investimenti mhux dikjarati biex japplikaw għaliex wara l-Gvern se jkun qed jieħu passi bil-liġi fil-konfront tagħhom.
//= $special ?>