Internazzjonali Lokali

Ħames immigranti għerqu fl-inċident li kien iffilmjat mill-“Polizia di Stato”.

L-awtoritajiet Taljani xandru filmati xokkanti tal-mument meta “dinghy” mimli immigranti rregolari inqaleb hekk kif dawn kienu se jitilghu abbord tanker wara li ġew salvati minn fuq il-baħar.

Ħames immigranti għerqu fl-inċident li kien iffilmjat mill-Polizia di Stato.  Tlieta mill-kadavri ġew irkuprati imma t-tnejn l-oħra nġarru mill-kurrent.

Il-Kaptan tal-bastiment Norient Star, li fuqu kienu qed jittellgħu l-immigranti, akkuża lill-Forzi Armati ta’ Malta li abbandanuw il-ħidma ta’ salvataġġ iżda l-kelliem għall-Armata Maltija qal li l-ekwipaġġ tal-patrol boat ta ġkieket tas-salvataġġ lill-immigranti u għadda s-salvatagg f’idejn it-tanker għaliex kien hemm bżonn urġenti li jkunu salvati 128 immigrant ieħor li kienu abbord “dinghy” li kien qed jegħreq.