Lokali

Il-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ ‘energy performance’ jiddependi fuq il-kwalità tal-binja

B’riferenza għall-istqarrija tal-għaqda ta’ ”Flimkien Għal Ambjent Aħjar”, l-assocazzjoni Maltija, tal-iżviluppaturi (MDA) qalet li, il-kwistjoni ta’ ċertifikati ta’ energy performance ma taqax taħt il-MEPA peress li mhumiex parti mir-regime tal-ippjanar. Dawn iċ-ċertifikata huma maħruġa minn professjonisti akkreditati mill-Awtorità Maltija tar-Risorsi (MRA) wara l-bini jkun lest. Il-kuntrarju ta’ dak li timplika l-FAA, il-MEPA mgħandiex obbligu titlob ċertifikati ta’ energy performance fl-istadju tal-ippjanar jew tal-permess.

L-allegazzjoni li l-MEPA qegħda b’xi mod “taġevola l-iżviluppaturi” peress li mhix qed titlob għal dawn iċ-ċertifikati fl-istadju ta’ permess meta dawn ma jistgħux jinħarġu f’dan l-istadju, hi traskurata u mhix veritiera, u intużat biex taqbel mal-idea imaġinarja li waslet għaliha minn qabel li l-MEPA għandha “policy biex taġevola” l-iżviluppaturi.

Biex tasal għad din il-‘konklużjoni’, FAA injorat kompletament il-leġislazzjoni li teżisti fuq iċ-ċertifikati ta’ energy performance, indikazzjoni ċara tal-mod dilettantesk li biha l-FAA tittratta kwistjonijiet li jikkonċernawha.

Fir-risposta tagħħa ‘Flimkien Għal Ambjent Aħjar”qalet li l-MDA hi żbaljata meta tgħid li, l-effiċjenza tal-enerġija mhijiex fil-kompetenza tal-MEPA u li ċertifikat għall-effiċjenza tal-enerġija għandu jiġi preżentat meta tkun lesta l-kostruzzjoni.

Fl-istqarrija tagħha ”Flimkien għall-Ambjent Aħjar” irreferiet lil MDA għall-att dwar l-effiċenza tar-regolamentazzjoni tal-bini.

‘Flimkien Għal Ambjent Aħjar’ esprimiet sorpriza tagħha li l MDA qed tinjora din il-ligi u qalet li l-izviluppatrui, jistghu jiksbu vantagg kompetittiv u jzidu l bejh potenzjali tal-propretaijeit taghhom billi jinkorporaw provizjonijiet li jaghmlu propjeta iktar attrajenti ghall-xerrejja li huma lesti li jinvestu f’metodi li jnaqsulhom il-kontijiet tad-dawl u l-ilma