Lokali

L-Arriva b’riżultati tajbin fl-2013 minkejja l-problemi

Minkejja l-problemi kollha, il-kumpanija Arriva kienet sejra tajjeb fl-aħħar sena tagħha f’Malta, fl-2013, meta l-patrunaġġ laħaq l-ogħla livelli mis-snin 90 ‘l hawn. Dan ħareġ mir-rapport annwali ta’ Transport Malta, li kien ippubblikat fis-sigħat li għaddew.

Ir-rapport wera li l-patrunaġġ tal-Arriva tela’ għal rekord ta’ kważi 40 miljun passiġġier. Dan mhux talli jfisser li ġiet riversjata x-xejra ta’ tnaqqis fl-użu tat-trasport pubbliku mill-Maltin, iżda talli ntlaħaq rekord b’16% aktar mill-2012 u bi 19% fuq l-2011.

F’dik li hi puntwalità tal-vjaġġi fuq ir-rotot, l-istess statistika turi wkoll li fl-2013 medja ta’ bejn 90% u 95%, il-karozzi tal-linja tal-Arriva waslu fil-ħin.