Internazzjonali

Sparatura fl-Istat Amerikan t’Oregon

Sparatura oħra fl-Istati Uniti, din id-darba fl-Istat t’ Oregon li ħalliet żagħzugħ t’14-il sena mejjet meta xi ħadd mhux magħruf fetaħ in-nar fi skola fil-belt ta’ Troutdale.

Iż-żagħżugħ, Emilio Hoffman, inqatel fil-gymnasium tal-iskola. Għalliem tal-atletika ntlaqat ħafif iżda rnexxielu jibda l-proċedura ta’ sigurta’ f’każi bħal dawn u jidher li dan seta’ salva ħafna ħajjiet.  L-aggressur instab mejjet f’kamra tal-banju fl-istess bini. Il-Pulizija mhux qed tagħti dettalji dwar iċ-ċirkostanzi kif miet l-aggressur u lanqas l-identita’ tiegħu fost suspetti li hu wkoll kien student.