Tul ix-xatt ta’ bormla, 12-il sajjied Malti mill-Federazzoni Maltija tas-Sajd bħalissa għaddejjin bl-aħħar taħrig qabel nhar it-Tlieta li ġej jieħdu sehem fil-Kampjonati Ewropej tas-sajd li se jsiru f’Ascoli, l-Italja.
Minkejja li jidher iktar bħala delizzju milli sport, is-sajd bħala kompetizzjoni beda jiġi prattikat f’Malta fl-1995.
F’dawn il-kampjonati se jieħdu sehem timijiet mill-Italja, Spanja, il-Portugall, il-Grecja, Franza u Malta. Il-kampjonati se jsiru bejn il-15 u t-18 ta’ Ġunju li ġej. L-aspettattivi għat-tim Malti huma pożittivi.
It-timijiet kollha li se jipparteċipaw jinqasmu f’żewġ timijiet ta’ ħames sajjieda kull wieħed. Kull tim ikollu sajjied riserva.
Għal dawn id-dilettanti, is-sajd issa sar iktar minn delizzju għaliex miegħu żdied l-element ta’ kompetizzjoni għal min jirnexxielu jaqbad l-aktar ammont ta’ ħut skont il-piż.
//= $special ?>