Futbol Sport

Is-Simbolu ta’ Rio De Janeiro jieħu bixra oħra

F’Rio de Janeiro l-istatwa ta’ Kristu Sultan tibqa tiddomina il-Belt li mil-llum se tkun iċ-ċentru, flimkien ma bliet oħra Brażiljani, għal eluf ta’ partitarji minn kull rokna tad-dinja, u miljuni ta’ Brażiljani illi se joħonqu t-toroq ewlenin.

L-istatwa ta’ Kristu Sultan fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja ġiet imdawwla aktar minn qatt qabel fejn minn ħin għall-ieħor jinbidlu l-kuluri b’mod illi kull pajjiż finalist f’xi ħin jew ieħor fid-dalma tal-lejl se jkun preżenti.

B’kollox 32 kuluri tradizzjonali tal-pajjiżi finalisti se jkunu jdawwlu l-istatwa li hija s-simbolu ta’ Rio de Janeiro.

Taħt l-istatwa ir-Reverendu Omar Raposo mexxa talba għal paċi u r-rabta li t-Tazza tad-Dinja tiġbor fiha razez, kulturi u reliġjonijiet differenti.

Ma jonqosx li lil’hinn mill-istatwa ta’ Kristu Sultana l-attenzjoni ma tmurx fuq l-istadium tal-Maracana illi inbena mill-ġdid flok dak oriġinali li madwar 60 sena ilu kien meqjus bħala l-akbar stadium fid-dinja tant li fil-finali tal-1950 meta l-Brażil sfat megħluba mill-Urugwaj kien stmat li kien hemm aktar minn 200,000 partitarju.