Edukazzjoni Għawdex Lokali

IKIDS 2014 b’xejn f’Għawdex ukoll

Il-proġett edukattiv IKIDS 2014, li se jkun qed jingħata b’xejn fis-Sajf, se jingħata f’Għawdex ukoll. Dan il-proġett qed ikun kordinat u organizzat mill-kumpanija TCTC, flimkien mal-Gvern u diversi Kunsilli Lokali. Il-Ministeru għal Għawdex irringrazzja lill-kumpanija TCTC ta’ dan il-proġett, li ġie deskritt bħala investiment fl-istudenti Għawdxin.

IKIDS 2014 se jinkludi tagħlim permezz tal-informatika mifrux fuq suġġetti akkademiċi. Matul il-kors, li se jdum madwar sitt ġimgħat, it-tfal se jkunu qed jagħmlu użu minn siti elettroniċi u programmi biex waqt li jkunu qed jitgħallmu se jkunu anke qed jilagħbu. L-applikazzjonijiet għal dan il-kors bdew jintlaqgħu mis-26 ta’ Mejju li għadda sal-ahhar ta’ Ġunju, jew billi japplika online mis-sit elettroniku www.ikids.com.mt.

Għal dan il-kors, li se jibda f’Lulju, jistgħu japplikaw tfal li għandhom bejn ħames u 10 snin. Fil-każ ta’ Għawdex, s’issa diga’ applikaw aktar minn 75 tifel u tifla.