Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kkundanna attakki minn militanti Iżlamiċi fil-bliet Iraqini ta’ Mosul u Tikrit. Il-forzi tal-Gvern waqfu l-avvanz tal-militanti ħdejn Samarra, jiġifieri madwar 110km biss ‘il bogħod minn Baghdad.
L-Istati Uniti qed tikkunsidra li żżid l-għajnuna tagħha lill-Iraq f’din il-ġlieda kontra l-militanti, iżda ma ngħatawx dettalji dwar dan. Min-naħa tagħha, it-Turkija qed thedded li tirritalja jekk iweġġgħu xi ċittadini Torok, fosthom diplomatiċi li nqabdu fl-attakk kontra Mosul.
//= $special ?>

