Kurżitajiet

Iweġġa l-attur Harrison Ford

L-attur stilla ta’ Hollywood Harrison Ford sofra xi ġrieħi waqt li kien qiegħed jieħu sehem fl-ifilmjar tal-film ġdid mis-serje ‘Star Wars’.

L-ifilmjar kien qiegħed isir f’Pinewood Studios f’Londra. Ford, fl-eta’ ta’ 71 sena qiegħed mill-ġdid jieħu sehem bħala l-karattru Han Solo fil-film taħt id-direzzjoni ta’ JJ Abrams u li hu mistenni joħroġ għall-wiri tal-pubbliku f’Diċembru 2015.

Huwa mifhum li huwa ttieħed fi sptar f’Oxford permezz ta’ helikopter. Kelliem għal kumpanija Disney ikkonferma li l-ifilmjar ser ikompli waqt li Ford jirkupra l-isptar.