Internazzjonali

Spanja: Il-Parlament japprova l-abdikazzjoni tar-Re Juan Carlos

Fost protesti kbar, il-Parlament Spanjol approva l-abdikazzjoni tar-Re Juan Carlos, li issa se jwitti t-triq biex ibnu Felipe jieħu t-Tron f’dik li hi l-ewwel suċċessjoni Rjali fl-era ta’ wara li ntemmet id-dittatura fl-1975. Issa, Felipe mistenni jsir ir-Re Felipe VI. Din il-Liġi kellha l-appoġġ tat-tliet partiti ewlenin fil-Parlament Spanjol.

Madanakollu, minkejja li kważi l-Parlament kollu vvota favur l-abdikazzjoni, il-poplu Spanjol mhux kollu magħqud wara din id-deċizjoni. Fil-pajjiż teżisti rabja kbira għal numru ta’ skandli li kien involut fihom Juan Carlos, tant li qed issir talba għal referendum biex l-Ispanjoli jiddeċiedu jridux jibqgħu bil-Monarkija jew le.