Il-Qorti tal-Pakistan iddeċidiet li l-Gvern għandu jneħħi s-sospensjoni li kien hemm fuq l-ivvjaġġar tal-eks President Pervez Musharraf biex laqgħet it-talba tiegħu li jitħalla jħalli l-pajjiż. Musharraf, eks Kap Militari tal-Pakistan, ilu jiġġieled kawżi fil-Qrati aktar minn sena, u bħalissa għaddej ġuri fuq tradiment – akkuża li hu qed jiċħad bil-qawwa kollha u li qed jgħid li hija motivata politikament.
Il-Gvern issa għandu 15-il ġurnata ċans biex jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti. Musharraf kien iddikjara lilu nnifsu President wara li ħataf il-poter f’kolp ta’ stat militari fl-1999 li fih tneħħa l-Prim Ministru Nawaz Sharif li mis-sena l-oħra ‘l hawn reġa’ nħatar Prim Ministru tal-Pakistan.
//= $special ?>