Matthew Zarb ta’ 26 sena minn Birkirkara ingħata sentenza ta’ xahrejn priġunerija wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale li saq vettura mingħajr liċenzja u mingħajr ma’ kienet koperta b’polza ta’ assigurazzjoni.
Il-Qorti tat din is-sentenza wara li qieset il-fatt li Zarb jidher li m’għandu l-ebda biża’ mil-liġi. Il-każ seħħ nhar l-1 ta’ Marzu li għadda għall-ħabta tas-1.30am f’Birkirkara. Jirriżulta li Zarb kien qiegħed isuq karozza Mercedes. Huwa ammetta wkoll li sar reċidiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Maria Stella Attard.
//= $special ?>