Bħalissa kulħadd jitkellem dwar it-Tazza tad-Dinja, li bdiet ilbieraħ u li sat-13 ta’ Lulju, se tkompli żżommna quddiem it-televiżjoni biex insegwu t-tim favurit tagħna. U meta wieħed jgħid li d-dinja kollha tkun qed issegwi, żgur li mhux eżaġerazzjoni.
Ritratt ippubblikat fuq il-Paġna ta’ Facebook tal-programm televiżiv Replay juri numru ta’ residenti f’villaġġ Somalu jsegwu l-ewwel logħba ta’ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, bejn il-Brażil u l-Kroazja. Evidenti l-faqar f’dan il-villaġġ, iżda anke hawn, min jista’, żgur li ma jitlifx spettaklu dinji tal-futbol bħal dan.
(Ritratt: Replay / Facebook.com)
//= $special ?>