Wara 11-il jum mit-traġedja f’Marsaxlokk, il-Qorti rrilaxxat il-katavru ta’ Darren Degabriele, bil-Funeral se jsir għada fid-9am fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Għaxaq. B’messaġġ fuq Facebook, oħt Darren, Mireille Degabriele, ħabbret li l-familja se tkun qed tagħti l-Aħħar Tislima lil huha għada filgħodu. Mireille Degabriele ħeġġet ukoll lil dawk kollha li se jattendu għall-Funeral biex jilbsu l-abjad.
Il-katavru ta’ Darren Degabriele dam biex jiġi rilaxxat sakemm komplew l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, li ħadu numru ta’ ġranet. Dan hu wkoll dovut għall-fatt li l-Pulizija kompliet tfittex truf ġodda għall-investigazzjoni tagħha minħabba li s’issa din l-isplużjoni u l-qtil ta’ Degabriele għadhom meqjusa bħala kobba mħabbla.
//= $special ?>