Nisimgħu u naqraw ħafna stejjer dwar annimal maħqura, kemm f’Malta kif ukoll barrra minn Malta.
Għalkemm stejjer ta’ krudelta’ jiddominaw l-aħbarijiet Maltin, hawn nies li għalihom l-annimali huma parti kbira minn ħajjithom. Foshtom Charles Mangion li ftit jiem ilu tilef il-kelba tiegħu bl-isem ta’ ‘Bubina’, f’Ħal-Qormi.
“Ommi, ħuti u sidi se jaqsmu qalbhom mingħajri” dan huma il-kliem li kiteb Charles Mangion dwar dak li qed taħseb din il-kelba bħalissa fuq il-‘poster’ li qiegħed jitwaħħal f’diversi postijiet bl-għan li xi ħadd tmissu qalbu u jgħaddi xi informazzjoni lil sid ‘Bubina’.
Diversi persuni ħallew messaġġ fuq il-facebook Charles Mangion fosthom “Ma niflahx naraha iktar mitlufa l-Bubina” u ” Aħna għandna ħaġa komuni li hi li nħobbu lill-annimali ! Kuraġġ ħabib”
“Jekk Bubina tinsab għandek, roddha lura, u ħalliha tirritorna lura d-dar”, dan huwa l-messaġġ li qiegħed jgħaddi Charles Mangion permezz tal-facebook personali tiegħu filwaqt li jispera li ħadd ma jgħaddi min dak li għaddej minnu bħalissa hu flimkien ma’ familtu.
Min għandu xi informazjoni jista jċempel fuq : 99290379.
//= $special ?>