Lokali

Nirien fl-Amputee Rehab Unit fl-Isptar San Luqa

Dalgħodu, l-Amputee Rehab Unit, fl-Isptar San Luqa, ħa n-nar.

Skont stqarrija maħruga mill-Gvern, jidher li n-nirien kienu kkawżati b’mod aċċidentali. Mill-ewwel fuq il-post ssejħu l-membri tal-protezzjoni ċivili li kkontrollaw in-nirien.

Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident u l-awtoritajiet tas-saħħa ħadu l-passi necessarji biex jinstab post alternattiv minn fejn jistgħu jingħataw s-servizzi li normalment jingħataw f’din il-Unit.

Il-pazjenti li ssoltu jingħataw xi servizz minn din il-unit mistennija jkunu nfurmati bl-arranġamenti l-ġodda.