B’żewġ gols fi tlett minuti il-Costa Rica wettqu rimonta li ħalliet lil partitarji tagħhom f’dillirju ta’ ferħ u dawk tal-Urugwaj b’diżappunt kbir.
Kien Edinson Cavani li fl-24 minuta fetaħ l-iskor minn penalty sabiex tefa’ lill-Urugwaj fuq quddiem wara li Junior Diaz wettaq azzjoni kerha fuq Diego Lugano.
Il-bidu tat-tieni taqsima iżda kienet storja differenti hekk kif fil-54 minuta Joel Campbell bis-sieq ix-xellugija ġab il-gol tad-dro u tlett minuti wara Oscar Duarte tefa’ lil Costa Rica fuq quddiem.
Fl-84 minuta Marcos Urena żied il-vantaġġ b’gol ieħor mill-isbaħ. Iżda t-telfa ta’ 3-1 ma’ kinitx l-unika sors ta’ aħbarijiet ħżiena għall-iskwadra tal-Urugwaj hekk kif fid-90 minuta Maxi Pereira intwera l-karta l-ħamra wara foul ikrah fuq Campbell sabiex b’hekk il-logħba ma’ offriet xejn pożittiv għall-Urugwaj.
//= $special ?>

