Nhar il-Ġimgħa f’Londra ġie fi tmiemu l-ikbar Summit Globali maħsub biex jeqred il-vjolenza sesswali waqt il-konflitti organizzat mill-Gvern Ingliz. Is-Summit, li kien mifrux fuq erbat ijiem, tmexxa mis-Segretarju ghall-Affarijiet Barranin Ingliz, William Hague u l-istilla ta’ Hollywood, Angelina Jolie.
Ghal dan is-Summit, Malta kienet rapprezentata mill-Kelliem tal-Oppozizzjoni ghad-Djalogu Socjali u l-Libertajiet Civili, id-Deputat Nazzjonalista, Claudette Buttigieg.
Dan is-sit ha l-kummenti ta’ Claudette Buttigieg dwar l-esperjenza tagħha f’dan is-Summit u spjegat wkoll kif dan is-suġġett jista’ jkollu rabta ma’ Malta.
Skont l-Agenzija tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti, il-UNICEF, aktar minn 150 miljun tifla adoloxxenti u 73 miljun tifel, jesperjenzaw vjolenza sesswali kull sena. Tfal f’pajjiżi fejn hemm konflitti huma l-iktar vulnerabbli ghax il-vjolenza sesswali u l-istrupru jintuzaw bħala arma tal-gwerra. Imma ħaġa xokkanti hi li ftit biss minn dawk li jwettqu dawn l-atti, jitressqu quddiem il-liġi.
Matul is-sentejn minn meta William Hague u l-attrici Amerikana Angelina Jolie inawguraw din il-kampanja, u madwar 141 pajjiż ħarġu jappoġġjaw id-Dikjarazzjoni ta’ Impenn lejn it-tmiem tal-vjolenza sesswali waqt il-gwerer.
Angelina Jolie hija wkoll mibgħut speċjali tal-Kummissarju tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u hadmet diversi films fuq dan is-suġġett fosthom “In the Land of Blood and Honey” ambjentat fi żmien il-gwerra fil-Balkani.
//= $special ?>