L-Ultra Med Challenge li qed issir minn Nathan Farrugia akkumpanjat minn tmien atleti oħra biex jinġabru fondi b’risq l-Inspire is-Sibt ħadet żvolta ġdida.
Dan hekk kif minħabba sħana qawwija ħafna mhux mistennija, Nathan Farrugia fuq parir tat-tobba, kellu jieqaf mill-ġiri minħabba dehydration meta kien jonqsu 50 kilometru biex jasal sal-baħar biex jibda l-għawma lejn Sardenja.
Hu iddaħħal fi klinika fejn anke ingħata d-drip biex jirkupra min-nuqqas ta’ fluwidi fil-ġisem kaġun tas-sħana qawwija. Nathan Farrugia xorta waħda hu determinat li jkompli l-Ultra Med Challenge.
L-erba’ atleti li kellu jiġru miegħu komplew il-ġirja tagħhom filwaqt li l-erba atleti oħra li kellhom jgħumu miegħu sa Sardinja b’tul ta’ 15-il kilometru, xorta għamlu l-għawma tagħhom.
Jekk Nathan Farrugia jirkupra kif mistenni, hu mistenni jkompli l-ġirja tiegħu u wara jagħmel l-għawma.
L-avventura tikkonsisti f’ġirja ta’ mitejn u għaxar kilometri tul il-gżira ta’ Korsika, segwita minn għawma ta’ 15-il kilometru tul il-Bonifacio Straits sa Sardinja u qadfa fuq ir-rota fuq rotta twila 450 kilometru tul il-kosta fil-Lvant ta’ Sardinja san-nofsinhar tal-gżira.
B’kollox, Nathan Farrugia, se jkun qed jiġri, jgħum u jaqdef għal distanza ta’ 666 kilometru minn Korsika sa Sardinja. Il-mira kienet li jinġabru 50 elf ewro b’risq l-Inspire u s’issa diġa’ ingabru 40 elf ewro.
//= $special ?>