Ikomplu l-wasliet tal-immigranti rregolari fl-Italja hekk kif kmieni l-Ħadd filgħodu ddaħħlu f’Palermo mas-767 immigrant abbord bastiment navali wara li ġew irkuprati mill-kanal ta’ Sqallija matul diversi operazzjonijiet ta’ salvataġġ.
Fost dawn l-immigranti hemm 68 minuri u 15-il persuni f’qagħda gravi.
Iddaħħlu wkoll għaxar katavri wara li dinghie li kien qed iġorr 90 persuna oħra nqaleb. Minbarra dawn l-għaxar katavri għad hemm 40 persuna ohra mitlufa fil-baħar.
Fl-Italja qed jiġi rrapurtat li t-traġedja setgħet kienet ħafna ikbar hekk kif waqt l-operazzjoni tas-salvataġġ kien hemm mumenti ta’ tensjoni minn immigranti li tilfu lill-għeżież tagħhom.
//= $special ?>

