B’rebħa ta’ 2-1 it-tim mmexxi minn Prandelli għeleb l-isfida tal-iskwadra Ingliża sabiex b’hekk issa l-Italia tinstab livell bi tlett punti flimkien mat-team tal-Costa Rica li aktar kmieni għeleb lill-iskwadra ferm aktar kwotata tal-Urugwaj.
Kienu l-Azzurri li marru l-ewwel fil-vantaġġ fil-35 minuta permezz ta’ gol mill-isbaħ ta’ Claudio Marchisio. Iżda l-partitarji Taljani ftit li xejn damu jgawdu lit-tim tagħhom fil-vantaġġ hekk kif fis-37 minuta b’pass sabiħ ta’ Wayne Rooney, Daniel Sturridge tefa fix-xibka sabiex reġa poġġa liż-żewġ timijiet mill-ġdid f’parita.
Fit-tieni taqsima it-Taljani marru mill-ġdid fil-vantaġġ meta fil-50 minuta Mario Balotelli tefa fix-xibka sabiex b’hekk dan il-gol spiċċa kien dak rebbieħ għat-tim Taljan. It-tim Ingliż ħadem qatiegħ sabiex mill-ġdid iġib il-parita’ iżda kienu t-Taljani fid-90 minuta permezz ta’ Andrea Pirlo li wasslu l-aktar viċin sabiex iżidu l-iskor, sforz li ħabat mal-mimduda.
B’hekk għal ħafna Maltin diletanti tal-futbol intemmet waħda mill-aktar partiti eċitanti. Partita li mingħajr dubju ta’ xejn ser tibqa’ tnissel memorji kemm xejn isbaħ fost il-partitarji Taljani milli f’moħħ il-partitarji Ingliżi.
//= $special ?>
