Lokali

Nirien f’appartament fil-Qajjenza

Membri tal-Protezzjoni Ċivili irrispondew għal nirien f’appartament fi Triq il-Mandolina fil-Qajjenza wara li ġie innutat duħħan ħiereġ minn dan l-appartament.

Jidher li in-nirien bdew fil-kċina u infirxu saħansitra għall-appartament ta’ fuq, fejn jidher li kienu il-persuni li jgħixu f’dan l-appartament li indunaw bin-nirien.

Jidher li fl-appartament tgħix koppja li ma’ kinitx fl-appartament meta bdew in-nirien. Minkejja dan, membri tal-Protezzjoni Ċivili irnexxilhom isalvaw qattus mill-istess appartament.

Fuq il-post kien hemm ukoll ambulanza u membri tar-Rapid Inyervention Unit tal-Pulizija.

Ħadd ma’ weġġa f’dawn in-nirien.