Lokali

Raġel jaqa’ minn ogħli ta’ diversi sulari

Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati temmew b’suċċess operazzjoni biex jittella’ raġel ta’ 40 sena  wara li waqa’ minn għoli ta’ diversi sulari fl-inħawi tat-Tunnara  fil-Mistra.

Jidher li għal ħabta ta’ 13.30pm, il-Forzi Armati ġew infurmati minn membri tal-Protezzjoni Ċivili li kien hemm bżonn tal-assistenza tagħhom wara li raġel waqa’ minn irdum fil-Mistra.

Helikopter tat-tip Alouette III irnexxilu jtella’ lil dan ir-raġel mill-post fejn waqa’ u ittieħed lejn l-iSptar Mater Dei b’ambulanza ftit tal-ħin wara.

Jidher li ir-raġel irċieva l-ewwel għajnuna minn membru tal-Protezzjoni Ċivili li inzerta kien fil-viċin, filwaqt li il-kundizzjoni tar-raġel għadha m’hijiex magħrufa.

Aktar dettalji dalwaqt.