Lokali

Simon Busuttil iżur id-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil żar numru ta’ missirijiet fid-Dar tal-Anzjani tal-Imtarfa.

Matul din iż-żjara, Simon Busuttil kellu ċ-ċans jiltaqa’ u jitkellem ma’ bosta anzjani u impjegati ta’ din id-dar.

Din iż-żjara kienet milqugħa mill-anzjani, li filwaqt li ltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, rrakkontaw ukoll xi storja jew tnejn tal-passat tagħhom.

Kienu bosta wkoll dawk li ħadu l-okkazzjoni sabiex rreċiprokaw l-awgurju ta’ Jum il-Missier lil Simon Busuttil… billi awguraw jum mill-aqwa lil Kap tal-Partit Nazzjonalista li hu nnifsu huwa missier.

Matul din iż-żjara il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mid-Deputat Joe Cassar.