Luke, Matthew u Jacob għas-subien. Elena, Eliza u Julia għal bniet. Dawn huma l-iktar ismijiet popolari li ngħataw lit-trabi mwielda matul is-sena li għaddiet. Magħhom jiżdiedu fil-lista Michael, Andrew, Alexander, Karla, Nina, Rachel u Nicole, ismijiet li jidher li qed ikunu fost il-favoriti skond l-istatistika.
Informazzjoni maħruġa mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika turi li f’pajjiżna kien hemm 4,078 twelid is-sena li għaddiet, 52.4% jkunu subien. Madanakollu meta mqabbel mas-sena ta’ qabel jirriżulta li kien hemm tnaqqis ta’ 3.6% fir-rata tat-twelid.
L-għażla għal ismijiet bibliċi jew għal xi qaddis tibqa waħda li tiddomina, b’ismijiet bħal Zachary, John, Anna u Catherine, iżda id-drawwa tidher li maż-żmien qed tintilef hekk kif issa qed jidhlu xejriet ġodda hekk kif l-istess statistka turi ismijiet pjuttost ġodda bhal Denzel, Blake, Drake, Neymar, Rihanna, Miley u Scarlett…ċertament li b’xi mod xi ħadd mill-ġenituri kien nfluwenzat minn xi attur, kantant jew plejer tal-futbol biex jiddeċidu fuq l-isem tal-wild il-ġdid tagħhom.
Minn naha l-oħra wieħed jista jara kif ismijiet bħal Joseph, James, Isaac, Christina, Amy, Mikela u Jade qed inaqqsu mill-popolarita’ taghhom.
//= $special ?>