Żviluppi ġodda fil-każ tal-miljunajru mill-Każakastan u eks diplomatiku Rakat Aliyev, li qed jiġi nvestigat dwar qtil ta’ żewġ bankiera, hekk kif il-gazzetta Il-Mument żvelat li hemm persuni Maltin li qed jgħinu lill-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.
Bħalissa Aliyev jinsab f’ħabs fi Vjenna u l-Maltin involuti xehedu fl-inkjesta maġisterjali li saret f’Malta. Il-Maltin xehedu fil-qorti Maltija fl-aħħar ġimgħat wara li l-awtoritajiet tal-Każakastan talbu lill-awtoritajiet Maltin biex isiru l-investigazzjonijiet meħtiega minħabba li Aliyev għamel xi żmien jgħix fMalta.
Jirriżulta li kemm dam Malta Aliyev bena kuntatti tajbin u kellu bażi tajba fil-pajjiż b’diversi persuni impjegati miegħu fuq il-jott lussuż tiegħu, fuq il-jet privat tiegħu u fir-residenzi lussuzi tiegħu.
Il-Malitn kienu msejħa biex jixhdu biex tinkiseb informazzjoni dwar l-operat ta’ Aliyev f’Malta, fejn jirriżulta wkoll li hu kien applika għal permess ta’ swimming pool f’Tigne Point Tas-Sliema. Flimkien ma’ Aliyev, f’Malta kienu jgħixu wkoll il-mara Awstrijaka tiegħu u qraba oħra.
Kien gimgħa ilu li Aliyev ċeda ruħu f’idejn il-pulizija Awtrijaka fejn qed jinżamm il-ħabs sakemm il-pulizija ta’ Vjenna tagħlaq l-investigazzjonijiet dwar il-qtitl ta’ żewg bankiera. L-awtoritajiet tal-Każakistan qed isostnu li huma għandhom dokument iffirmat minn Aliyev li jiddikjara li hu kien wara l-qtil ta’ dawn iż-żewg bankiera.
Fl-2008 Aliyev kien ikkundannat 20 sena ħabs b’rabta ma’ ppjanar ta’ kolp ta’ stat. Il-multi miljunarju Każaki qed jiċħad l-akkużi kontrih għalkemm il-prosekuturi tal-Każaki kienu fetħu każ kontieh fuq il-qtil tal-kap tal-Oppożizzjoni tal-pajjiż, li kien kien inqatel f’Diċembru. Il-persuna li kien instab ħati wara dan il-qtil kien sostna li kien Aliyev li ordna dan l-attakk.
//= $special ?>