Persuni qrib l-eks Prim Ministru Libjan Ali Zeidan, li flimkien ma’ alleati tiegħu ħarab mill-Libja, kienu ilhom jikkunsidraw lil Malta bħala wieħed mill-postjiet li fih huma jistgħu jgħixu wara li jitilqu mill-Libja.
Storja fil-gazzetta il-Mument żvelat kif sa minn diversi xhur ilu, diversi politiċi Libjani kienu qed jagħżlu lil Malta bħala l-pajjiż li fih huma jistgħu jgħixu. Hu fatt stabbilit li bejn l-ex Prim Ministru Libjan Ali Zeidan u l-Prim Ministru Malti Joseph Muscat teżisti ħbiberija personali.
Din kienet waħda mill-fatturi li wasslet biex f’Settembru 2013 kien sar ftehim dwar rati preferenzjali għal xiri ta’ żejt mill-Libja.
Minkejja li l-gvern Malti kien ipproġetta dan il-ftehim bħala kisba kbira, jirriżulta li dan il-ftehim mhux jitħaddem, anki jekk il-gvern Malti kien qal li dan se jidhol fis-seħħ kmieni din is-sena.
Nhar it-Tlieta 11 ta’ Marzu li għadda Zeidan kien wasal Malta fuq żjara li r-raġuni uffiċjali li ngħatat għaliha mill-Prim Ministru Malti kienet minħabba li l-ajruplan ta’ Zeidan kellu bżonn il-fuel. Fl-ajruport ta’ Malta Zeidan kien iltaqa ma’ Joseph Muscat.
Minkejja li r-rapporti kienu li minn Malta l-ajruplan ta’ Zeidan mar il-Germanja, fil-fatt l-awtoritajiet Ġermanizi kkonfermaw li dan qatt ma seħħ.
Mhux eskluz li fil-fatt Zedian baqa’ Malta u ngħata protezzjoni massima billi nżamm f’post ta’ sigurta’ mhux magħruf.
Fl-aħħar ġimgħat alleati ta’ Zeidan bdew jaħarbu mil-Libja biex jevitaw li jiġu arrestati. Mhux eskluż li uħud minn dawn il-politiċi u alleati tal-ex prim ministru Libjan qed isibu refuġju f’Malta, bl-approvazzjoni tal-gvern u l-awtoritajiet Maltin.
//= $special ?>