Bastiment kummercjali bl-isem ta’ Cremona St. Johns kellu jingħata l-għajnuna waqt li kien sorġut f’Boiler Wharf, l-Isla. Dan hekk kif f’ħin minnhom ilbieraħ daħal l-ilma fil-kamra fejn hemm il-makni, b’riżultat li nqatgħet il-provvista’ tal-elettriku fil-vapur. L-ekwipaġġ ma setax jippumpja l-ilma ‘l barra u għalhekk irrikorra l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta u ta’ entitajiet oħrajn sabiex kien provdut bil-pompi u eventwalment l-ilma kien ikkontrollat.
Fil-post kien hemm il-patrol boat P21 mit-Taqsima Marittima tal-FAM li mmonitorjat is-sitwazzjoni kif ukoll id-dgħajsa tal-irmonk Wenzina ta’ Tug Malta li tat appoġġ lill-vapur biex jibqa’ wieqaf. Pre]enti fuq il-vapur dehru uffiċjali minn Transport Malta li qed jistħarrġu dan l-inċident.
//= $special ?>