Il-gowl li tant kien mistenni mil-leġġenda Arġentina Lionel Messi matul din it-Tazza tad-Dinja wasal … u fil-ħin opportun fl-ewwel logħba tat-tim. Dan hekk kif il-gowl tal-captain tal-Arġentina kien dak li wassal ir-rebħa lit-tim tiegħu kontra l-Bożnja Ħerzegovina, bl-Arġentina tirbaħ b’vantaġġ minimu ta’ 2-1 fil-Maracana.
Kienu l-Arġentini li minn kmieni ħafna fil-logħba minn Grupp F, wara biss żewġ minuti u tmien sekondi, fetħu l-iskor. Free kick ta’ Messi wasal għand Sead Kolisinac, li skorja l-aktar gowl kmieni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja. Madankollu, u kontra kull mistenni, dan il-gowl ma qatax qalb il-plejers tal-Bożnja Ħerzegovina, li baqgħu jagħmlu pressjoni bit-tama li jġibu d-draw.
Iżda minkejja l-isforzi tal-Bożnijaċi matul il-kumplament tal-logħba, il-captain Arġentin għamilhom 2-0. Fil-65 minuta, Messi sab l-okkażjoni javvanza minn nofs il-ground għall-attakk sakemm bix-xellug poġġa l-ballun fix-xibka wara l-goalkeeper Bożnijak Begovic.
Bil-partitarji Bożnijaċi qalbhom maqtugħa wara dan it-tieni gowl, il-plejers ma ħasbuhiex l-istess. Fil-85 minuta, huma skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni minn Vedad Ibisevic, li bix-xellug għadda l-ballun minbejn saqajn il-goalkeeper Arġentin Romero.
//= $special ?>

