Lokali

Filmat: Grupp ta’ refuġjati mill-Etjopja jipprotestaw kontra r-reġim ta’ pajjiżhom quddiem Kastilja

Grupp ta’ refugjati mill-Etjopja għamel protesta quddiem il-Berġa ta’ Kastilja, minfejn l-Etjopjani talbu lill-Gvern Malti u anke lill-Unjoni Ewropea biex ma jappoġġjawx lir-reġim tal-Etjopja minħabba opressjoni li qed jagħmel fuq it-tribu Oromo. Ir-refuġjati, li kellhom bnadar tal-Etjopja u anke tat-tribujiet Oromo u Ogaden kif ukoll kartelluni, għajjtu slogans favur it-tribu Oromo.

F’kumment lil MaltaRightNow.com, Mohammed Seifudin, wieħed minn dawk li kienu qed jipprotestaw, spjega r-raġunijiet għaliex huma kienu qed jagħmlu t-talbiet tagħhom lil Gvern Malti u lill-UE. Hu qal li diversi tribujiet kbar fl-Etjopja m’għandhomx leħen u drittijiet f’pajjiżhom. Wara, l-Etjopjani mxew minn Kastilja għal Triq ir-Repubblika u baqgħu neżlin sa quddiem il-bini tal-Parlament fi Pjazza San Ġorġ.