Lokali

Ħarsa lejn ir-regolamenti tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza

Il-kumitat tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2014 iħabbar li minħabba li kien hemm numru ta’ kanzunetti interpretati mill-istess kantanti qed jagħti iktar żmien biex il-kompożituri u l-awturi jsibu kantanti differenti biex jinterpretaw dawn il-kanzunetti.

Il-kumitat ifakkar li r-regolamenti tal-Konkors jgħidu hekk:

4.3     Fiż‐żewġ kategoriji, kantant/a ma j/tistax j/tinterpreta aktar minn kanzunetta waħda mill-fażi tal-programm televiżiv ‘il quddiem.

4.4.    F’każ li kantant/a j/tkun abbinat ma’ aktar minn kanzunetta waħda magħżula, tgħaddi awtomatikament dik bl-għola punteġġ, waqt li l‐kompożitur u l‐awtur jingħataw l-opportunita’ li jagħżlu kantanti oħra ghal kanzunetti l-oħra magħżula.

Dan ifisser li, skont ir-regolamenti, il-kompożituri mhux suppost iwaqqgħu kanzunetti li jkunu għaddew mat-tletin kanzunetta imma għandhom jippruvaw isibu kantanti ta’ livell biex jinterpretaw dawn il-kanzunetti.

Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni wkoll li l-informazzjoni ufficjali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenti tidher fuq il-pagna tal-Facebook “Konkors Kanunetta Indipendenti” jew fuq www.maltarightnow.com u l-ebda sit elettroniku ieħor.