Lokali

Hat-trick ta’ Mueller iwitti t-triq għal rebħa kbira Ġermaniża

ĠERMANJA………………4
PORTUGALL…………….0
Ġermanja> Neuer, Boateng, Mertesacker, Hummels (Mustafi 73′), Howedes, Lahm, Khedira, Kroos, Ozil (Schuerrle 63′), Muller (Podolski 82′), Gotze.
Portugall> Rui Patricio, Joao Pereira, Pepe, Bruno Alves, Fabio Coentrao (Almeida 65′), Veloso (Costa 46′), Joao Moutinho, Meireles, Nani, Almeida (Eder 28′), Ronaldo

Tkeċċa> Pepe 37′ (P)
Imwissija> Pereira 11′
Skurjaw> Muller (12′ pen, 45’+1, 78′), Hummels (32′) (Ġ)
Referee> Milorad Mazic (SRB)

Il-Ġermanja bdew l-impenji tagħhom fit-Tazza tad-Dinja b’rebħa mill-aqwa ta’ 4-0 kontra l-Portugall. Dawn tal-aħħar lagħbu għal ħin twil b’10 wara li tkeċċa Pepe filwaqt li l-winger Cristiano Ronaldo kien ineżistenti kontra t-tim ta’ Low. Bla dubju l-eroj tal-Ġermanja kien l-attakkant ta’ Bayern Munich Thomas Muller li skurja hat-trick. Dan kien l-ewwel plejer li skurja hat-trick f’din l-edizzjoni.
Għall-Portugall din kienet ir-raba’ telfa fir-raba’ turnament maġġuri konsekuttiv kontra l-Ġermanja. Minn 18-il logħba kontra l-Portugall, il-Ġermaniżi issa rebħu total ta’ 10.
L-ewwel taqsima kienet waħda mill-aqwa għall-Ġermanja fejn kienu dominanti għall-aħħar u skurjaw tliet gowls. It-tim ta’ Low ħareġ jattakka u wara biss tmien minuti fallew ċans kbir ta’ skor meta l-goalkeeper Portugiż Patricio ikklirja ħażin u l-midfielder Khedira ipprova japprofitta minn dan l-iżball imma ra x-xutt tiegħu jmur kemmxejn barra.
Wara 10 minuti l-Ġermaniżi ingħataw penalty meta Pereira waqqa` lil Gotze fil-kaxxa. L-attakkant ta’ Bayern Munich MULLER ma żbaljax mill-11-il metru biex propjru fil-50 logħba tiegħu mal-Ġermanja poġġa lit-tim fil-vantaġġ. Ta min jinnota li dan kien l-ewwel penalty li skurjaw il-Ġermanja f’Tazza tad-Dinja sa mill-1994. Fis-26 minuta kollox kompla ġej ħażin għall-Portugiżi meta weġġa’ Almeida u dan kellu jkun mibdul minn Eder.
Man-nofs siegħa logħob il-Ġermanja marru viċin tat-tieni gowl meta Gotze irċieva mingħand Ozil u x-xutt tiegħu kein devjat f’corner. Mill-corner wasal il-gowl tal-Ġermaniżi meta HUMMELS għola tajjeb u bir-ras għamel l-iskor 2-0.
Fit-37 minuta il-Portugall spiċċaw jilagħbu b’10 meta Pepe intwera karta ħamra diretta wara li ikkonfronta lill-attakkant Muller. Din hi r-raba’ edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja konsekuttiva li tal-anqas fiha tkeċċa plejer Portugiż.
Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima l-Ġermanja għamluhom tlieta u għal darba oħra reġa’ kien MULLER li sab ix-xibka mil-viċin. Bir-reazzjoni tal-Portugall ma tasal qatt, 10 minuti mit-tmiem MULLER kiseb il-hat-trick meta minn ġewwa l-kaxxa skurja gowl faċli wara li kien irċieva mingħand is-sostitut Schurrle.