Id-diversità ta’ opportunitajiet ta’ edukazzjoni ogħla f’Malta kompliet tikber, hekk kif fl-Europa Centre fil-Furjana, il-London School of Commerce fetħet Kulleġġ għal Edukazzjoni Ogħla f’Malta. Il-Kulleġġ kien inawgurat mill-Prim Ministru Joseph Muscat, akkumpanjat mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo.
Preżenti wkoll kien hemm iċ-Chairperson tal-Kumitat Konsultattiv tal-London School of Commerce Lord John Tomlinson u l-Kap Eżekuttiv tal-Grupp tal-London School of Commerce Malta Timothy Andradi. Dan il-Kulleġġ joffri fost l-oħrajn Masters in Business Administration u aktar ‘il quddiem se jkun hemm programmi oħra fil-livelli undergraduate u postgraduate, kif ukoll fil-livell ta’ Dottorat fin-Negozju, fil-Management, fl-Ospitalità u t-Turiżmu, fl-Accountancy, fl-IT u oqsma oħra.
Din l-istituzzjoni ġdida hi proġett sostenibbli b’pedamenti stabbli u b’metodi ppruvati, li l-għanijiet tagħha huma konsistenti ma’ kull Kampus intternazzjonali tal-London School of Commerce. Studenti li jirreġistraw għal programm fil-Kulleġġ f’Malta se jkunu qed jingħaqdu ma komunità globali ta’ aktar minn 10,000 student. Il-London School of Commerce Malta hi waħda mill-ħafna Kulleġġi tal-Grupp li hu bbażat f’Londra, iżda li għandu faċilitajiet ukoll fil-Malasja, fl-Indja u fi Sri Lanka.
//= $special ?>