Internazzjonali

Kenja: Għexieren maqtula f’attakk fuq lukandi u Għassa tal-Pulizija

Mill-inqas 48 persuna tilfu ħajjithom fil-Kenja wara li militanti Iżlamiċi attakkaw lukandi u Għassa tal-Pulizija fi Mpeketoni. Il-ġlied dam għaddej għal dviersi sigħat u deher in-nar ħiereġ minn diversi bini.

Dan ir-raħhal jinsab viċin tal-gżira Lamu, li hi magħrufa sew mat-turisti. Jirriżulta li l-attakk beda waqt li ħafna persuni kienu qed isegwu l-logħba mit-Tazza tad-Dinja bejn Franza u l-Ħonduras.