Formula 1 Sport

Michael Schumacher joħroġ mill-koma u qed ikompli bir-riabilitazzjoni f’post mhux magħruf

Iċ-Champion u ikona tal-Formula1 Michael Schumacher m’għadux fi stat ta’ koma u ħalla l-Isptar Grenoble. Fi stqarrija f’isem il-qraba tal-eks sewwieq Ġermaniż, il-Manager Sabine Kaehm qalet li Schumacher issa se jkomplu bir-riabilitazzjoni f’post ieħor, mingħajr ma qalu fejn dan se jkun.

Schumacher kien tpoġġa f’koma wara li fid-29 ta’ Diċembru li għadda weġġa’ serjament rasu f’inċident ta’ skiing fl-Alpi. Il-qraba rringrazzjaw lil dawk kollha li wrew appoġġ mal-eks sewwieq Ġermaniż u qalu li “aħna ċerti li anke dawn għenuh” jirkupra. Huma rringrazzjaw ukoll lill-istaff mediku tal-isptar Franċiż u ddeskrivew xogħolhom bħala wieħed “eċċellenti”.