Lokali Qorti

Sena ħabs fuq serq ta’ flus u iphone

Claudio Mallia ta’ 31 sena mill-Belt mar sena ħabs wara li l-Ħadd li għadda ammetta li fit-13 ta’ Ġunju għall-ħabta tal-5.00 p.m. fi Triq ix-Xatt, il-Pietà seraq “handbag” bil-flus u iphone għad-dannu ta’ Anthea Maria da’Amico. Is-sentenza ngħatat tard illumwara nofsinhar.

Da’ Amico dak il-ħin kienet qed issuq il-karozza tagħha minn Triq ix-xatt meta waqfet mal-“ligħts”, dak il-ħin Mallia daħħal idu mit-tieqa tal-passiġġier u ħatfilha l-“handbag” li kien fuq is-seat. Dak il-ħin inzerta kien għaddej fotografu li jaħdem mal-ġurnal Times of Malta, li mar jiġri warajh sakemm qabdu.

Il-ka] kien instema’ quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia fejn Mallia ammetta wkoll li sar reċidiv. L-Ispettur Jason Sultana mexxa l-Prosekuzzjoni.