Internazzjonali

Ukrajna: Theddid li Gazprom twaqqaf il-provvista tal-gass jekk il-Gvern ma jħallasx bil-quddiem

Wara li l-Gvern Ukrejn ma ħallasx id-dejn li kellu jħallas lill-kumpanija Gazprom, l-istess kumpanija Russa qalet li issa l-Ukrajna trid tibda tħallas bil-quddiem għal kull provvista ta’ gass mir-Russja. Qabel, il-kumpanija bdiet thedded li taqta’ l-provvista tal-gass lill-Ukrajna jekk id-dejn ma jitħallasx sal-lum.

Preżenti għat-taħdidiet kien hemm il-Kummissarju Ewropew għall-Energija Oettinger, li qal li mhux pessimist li jista’ jintlaħaq ftehim. Jekk Gazprom taqta’ l-provvista tal-gass lill-Ukrajna, tkun affettwata l-Ewropa kollha.