BRAŻIL…………………0
MESSIKU………………0
Brażil: Julio Cesar, Dani Alves, Thiago Silva, Luiz, Marcelo, Paulinho, Gustavo, Ramires
(Bernard 46′), Oscar (Willian 84′), Neymar, Fred (Jo 68′)
Messiku> Ochoa, Aguilar, Rodriguez, Marquez, Moreno, Layun, Herrera (Fabian 76′),
Vazquez, Guardado, Do Santos (Jimenez 84′), Peralta (Hernandez 73′)
Imwissija: Ramires (B), Aguilar, Vazuez (M)
Referee> Cuneyt Cakir (TRK)
Il-Brażil waqqa` l-ewwel punti meta spara fil-vojt f’Fortaleza u kien miżmum fi draw mingħajr gowls kontra l-Messiku. Kien it-tieni draw ta’ din ix-xorta fit-turnament. Il-Messiku iżda offra sfida denja u li ħa punt ukoll grazzi għall-wirja mill-aqwa tal-gowlkiper ta’ Ajaccio, Guillermo Ochoa. L-aħħar darba li l-Brażil naqas milli jiskurja kien f’Awwissu li għadda meta tilef 1-0 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Iżvizzera.
Il-kowċ nazzjonali tal-Brażil Luiz Felipe Scolari beda b’Ramires minflok Hulk u ż-żewġ timijiet kienu ġejjin minn rebħa. Il-Brażil, fl-ewwel logħba għeleb lill-Kroazja u l-Messikani rebħu kontra l-Cameroon.
Il-Brażil ħarġu jfittxu l-gowl u wara seba’ minuti waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota meta Luiz ipprova xutt mill-bogħod li kien imblukkat. Tliet minuti wara Oscar b’ħarba tajba, għadda l-ballun lejn Fred imma x-xutt tieħu kien mal-ġenb tax-xibka.
L-ewwel reazzjoni tal-Messiku waslet fit-22 minuta meta Peralta daħal fil-kaxxa imma twaqqaf b’tackle tajba ta’ Thiago Silva. Il-Messikani komplew jinsistu u minuta wara l-gowlkiper Julio Cesar kellu jagħmel save kbir fuq Herrera biex żamm lit-tim tiegħu fil-logħba. Wara dan iċ-ċans pront waslet reazzjoni tal-Brażil meta Neymar irċieva cross perfett mingħand
Dani Alves u ra d-daqqa ta’ ras tiegħu salvata b’mod stupend minn Ochoa. It-tim ta’ Scolari reġa’ kellu ċans ieħor minn Oscar bil-ballun jispiċċa f’idejn Ochoa u l-istess gowlkiper salva b’sidru fuq Paulinho. L-aħħar azzjoni denja ta’ nota tal-ewwel taqsima kienet meta l-Messikan Vazquez kellu xutt minn barra l-kaxxa li għadda jħakkek mal-lasta.
Hekk kif bdiet it-tieni taqsima l-Messiku ħarġu fuq l-attakk u Guadrado kellu xutt devjat f’corner minn Thiago Silva. Minuta wara kien Vazquez li ittanta xortih imma x-xutt mar ftit għoli. Bir-reazzjoni tal-Brażil ma tasalx, il-Messikani kellhom ċans ieħor, din id-darba ta’ Herrera, imma għal darba oħra l-ballun mar barra.
Bħalma għamel fl-ewwel taqsima, l-gowlkiper tal-Messiku Ochoa reġa’ żamm lit-tim tiegħu fil-logħba b’save mill-aqwa fuq Neymar. It-tensjoni fl-Estadio Castelao bdiet iżżid hekk kif il-Brażil ma setax isib il-gowl u ħames minuti mit-tmiem l-protagonist reġa’ kien Ochoa. Minn azzjoni ta’ free kick il-captain Brażiljan Thiago Silva b’daqqa ta’ ras minn żweġ metri ra Ochoa jsalva b’istint biex iż-żewġ timijiet żammew l-ewwel post fil-grupp.
//= $special ?>