Lokali

Aġġornata: Koppja ta’ għaddasa Ingliżi jitilfu ħajjithom fid-Dwejra

Żewġ għaddasa Ingliżi, raġel u mara, tilfu ħajjithom fid-Dwejra wara li sabu ruħhom f’diffikultajiet.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5pm, meta minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li f’dan il-każ, iż-żewġ persuni li tilfu ħajjithom kienu parti minn grupp ta’ tlieta.

L-għaddas l-ieħor li kien mal-koppja ttella’ ħaj u kellu jingħata l-għajnuna medika.