Hekk kif dal-lejl intlagħbet il-logħba bejn l-Istati Uniti u l-Ghana, fil-pajjiż Afrikan sar minn kollox biex kemm jista’ jkun kulħadd ikollu elettriku ħalli jara l-logħba fuq it-televixin.
Il-Paġna ta’ Replay fuq Facebook irrappurtat li l-impjanti li jiġġeneraw l-elettriku ħadmu sal-massimu tagħhom, il-pajjiż xtara 50 MW ta’ elettriku mill-Kosta tal-Avorju u l-akbar kumpanija fil-pajjiż Volta Aluminium naqqset il-produzzjoni tagħha.
Madankollu, il-poplu tal-Ghana ftit li xejn iċċelebra, bit-tim tiegħu jitlef bl-iskor ta’ 2-1 u l-gowl tad-draw damu jgawduh biss għal ħames minuti.
//= $special ?>