Għawdex Lokali

Għaddas Awstrijak imut wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos f’Għawdex

Għaddas Awstrijak tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos f’Ras ir-Reqqa, fil-limiti tal-Qbajjar.

Jirriżulta li r-raġel, li għandu 64 sena, għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà. Xi persuni li kienu fiż-żona ndunaw b’dan u ċemplu mmedjatament lill-Pulizija. Iżda minkejja l-intervent immedjat, sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa, li ħatret diversi esperti biex jassistu fl-inkjesta. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.