Għalliem ta’ 62 sena minn Birkirkara ġie kundannat sitt snin ħabs wara li nstab ħati mill-Maġistrat Audrey Demicoli li f’Diċembru tal-1996 u fis-snin ta’ qabel, ġewwa l-Qawra kkorrompa student taħt l-eta.
Il-Maġistrat Audey Demicoli sabet lil Alexander Giacomotti ħatti li kkorrompa lit-tifel, li ismu ma jistax jixxandar biex tiġi protetta l-identita’ tiegħu, fl-appartament u l-karozza tiegħu, u dan f’okkażjonijiet differenti saħansitra anke fl-iskola.
Giacomotto instab ħati wkoll li b’egħmil żieni kkorrompa persuna taħt l-eta’, li ġie fdat lilu biex jedukah, jgħallmu, jindukrah. Instab ħati li ssekwestra persuna taħt l-eta’ kontra l-volonta’ tiegħu.
Mill-provi rriżulta li l-abbuż sesswali li sar mill-għalliem beda meta t-tifel kellu 12-il sena, u kompla fuq perjodu ta’ snin. It-tifel kien tkellem dwar dan fl- 2005 u għamel rapport mal-Pulizija sena wara fejn qal li Alexander Giacomotto.
Fis-sena 1992, fi żmien il-Milied, meta l-vittma kellu 12-il sena, l- għalliem stiednu biex imur miegħu u jixtru xi affarijiet u minn hemm bdew l- abbużi sesswali. Dan l-abbuż baqa’ sejjer sas-sena 1996 u kien jikkonsisti f’sess orali u anali.
Giacomotto kien ukoll jagħti rigali u privat mingħajr ħlas.
Meta nqata’ l-kuntatt mal-għalliem it-tifel iltaqa’ ma’ persuna l-Kulleġġ fejn kien jattendi u tkellem miegħu dwar dawn l-abbużi iżda ma kienx għamel rapport lill-Pulizija f’dak li stadju kien biss wara li huwa fetaħ qalbu ma’ martu u għamel rapport lill-Pulizija dwar dak li għadda minnu li l-każ beda jiġinvestigat.
Dan kien kważi 10 snin wara li beda jseħħ l-każ u għamlu wara kriżi psikoloġika li qabditu fejn kellu jieħu l-kura għand psiko-terapista u psikjatra.
Kien riżultat tat-terapija li huwa għamel kuraġġ u kkonfronta lill-ex għalliem tiegħu li kien tressaq il-Qorti fl-2007.
Il-vittma kien spjega fil-Qorti li meta Giacomotto ħadu miegħu biex jixtri ħadu fl-appartament tiegħu fil-Qawra fejn tah jixrob il-vodka bl-“orange”, urieh film pornografiku tal-omosesswali, u wara li neħħielu l-ħwejjeġ talbu biex jagħmel atti orali fuqu.
Fil-Qorti meta xehed, il-vittma qal l-għalliem kien tah xi flus u qallu biex ma jgħid lil ħadd x’kien ġara.
Il-vittma qal ukoll li l-ex għalliem tiegħu kien itradixxa lill-ġenituri tiegħu meta pperswadihom biex jibgħatuh għal lezzjonijiet tal-privat għandu. Il-vittma tenna wkoll li Giacomotto kien imissu l-iskola u fil-karozza fejn kien jgħidlu biex jagħmel atti ndiċenti miegħu waqt li hu kien ikun qed isuq fuq perjodu ta’ erba’ snin.
Fil-Qorti ħareġ ukoll li l-ex għalliem tiegħu kien jagħti ħafna rigali lit-tifel fosthom dgħajsa u kompjuter, kif ukoll għadd ta’ lezzjonijiet tal-privat b’xejn.
Meta t-tifel kien ikkonfront lill-ex għalliem tiegħu dwar dan fl-2006, bħala parti mit-terapija li kien qed jirċievi, it-tifel qal li Giacomotto kien wegħdu li jixtrilu residenza u anke li jagħtih is-somma ta’ €23,000 bħala depożitu fuq il-propjeta’.
Huwa anke kien tah biċċa karta biex jiffirmaha sabiex jirrinunzja minn xi azzjoni kriminali, bil-vittma jirrifjuta dan. Aktar tard l-ex għalliem tal-vittma anke talbu biex iwaqqa’ l-akkużi li kien fetaħ kontrih u wegħdu li kien se jħallsu lura bil-propjeta’ fi ħmien xahrejn.
Il-Maġistrat Demicoli qalet li l-għalliem abbuża mill-pożizzjoni ta’ fiduċja li kellu u li hija ma ddubitatx mid-dettalji mogħtija mill-vittma. Hija qalet li l-atti sesswali repetuti kellhom effett negattiv fuq il-vittma, u li għadu jġorr sal-lum, minkejja li issa huwa sar raġel, u li din l-esperjenza anke kissritlu ż-żwieġ tiegħu.
Il-Maġistrat ordnat li Giacomotto jitpoġġa fil-reġistru tal-pedofeli u anke ordnat ordni ta’ protezzjoni għal perjodu ta’ tliet snin f’isem il-vittma. L-Ispettur Louise Calleja, mexxiet il-Prosekuzjoni. Il-Qorti ordnat ukoll biex ma tissemmiex l-isem tal-iskola li kien jattendi l-vittma u li kien jagħllem fiha il-ħati.
//= $special ?>

